Għeżież Umani Estetiċi,
DISKOBOMBA
tilqagħkom għal lejl psikomaġiku ta' żfin, mużika u riflessjonijiet,
kemm interni u kif ukoll esterni,
ġewwa
l-Liquid f'San Ġwann,
il-Ġimgha 28 ta' April,
għal lejl wieħed BISS.

 


MUŻIKA

Mad-dħul tilqagħkom silta mużikali ta' 90 minuta,
qatt mismugħa qabel, mir-

RagħwaDagħwa
li se tiġi mnedija qabel jiftaħ iż-żfin.
Nistednukom tiġu fil-ħin, jekk mhux kmieni,
b'widnejn kurjużi ħalli tgawduha fil-glorja sħiħa tagħha.

Fil-11:11pm jiftaħ iż-żfin b'DJ sets minn:


Alien Montesin
Niels Plotard
Andrew tad-Dawl

 



DĦUL

Dħul bil-guestlist BISS. Tista' tapplika f'qiegħ din il-paġna wara li taqra bir-reqqa dan t'hawn taħt.
 Il-guestlist tagħlaq dakinhar tal-party f'nofsinhar.

Dħul għal nies minn 21 sena 'il fuq BISS. Jaf tintalbilkom l-ID mal-bieb.

 


XI AFFARJIET SBIEĦ

Tkun ħaġa sabiħa jekk inkunu kreattivi bl-ilbies tagħna. Id-dresscode huwa

"Survival of the Shiniest"
Se nittrasformaw ruħna f'diskoballs umani. Ilbies metalliku, ileqq u jlellex, idealment DIY, huwa inkuraġġut. Jitħalla jidħol BISS min jiġi liebes kostum.

Tkun ħaġa sabiħa li niġu kollha fil-ħin biex naqsmu l-esperjenza mill-bidu, flimkien. Bibien miftuħa bejn id-9:41pm u l-10:41pm BISS. Wara dan, min hu ġewwa ġewwa, min hu barra barra.

Din is-serata intima hija limitata għal 200 mistieden u mistiedna BISS. L-aħjar mod li nkunu ċerti li ma nitħallewx barra fil-biki u t-theżżiż tas-snien huwa li niġu fil-ħin, jew anke xi ftit kmieni.

Tkun ħaġa sabiħa li ninqatgħu ftit mid-dinja ta' barra għal dan il-lejl sakemm inkunu flimkien. L-użu ta' mobiles u teħid ta' ritratti huwa strettament projbit.

Tkun ħaġa sabiħa li ma mmorrux id-dar imtarrxin. Filwaqt li l-volum tal-mużika se jkun kbir u mimli, se jinżamm f'livell diċenti.

Tkun ħaġa sabiħa li ma mmorrux id-dar riħa ta' ashtray. Tipjip permess fiċ-chillout area BISS.


Tkun ħaġa sabiħa jekk indawru lira minn dal-party. Tkun ħaġa isbaħ li niftħu l-bibien għal min mhux ilaħħaq mal-għoli tal-ħajja. Qed nitolbu kontribut ta' madwar €15 ir-ras biex inkopru l-ispejjeż u l-ħlas tal-artisti. Inħallu f'idejkom biex tikkontribwixxu kemm tridu jew kif tridu mal-bieb.

Jekk int aġent tad-Dipartiment tal-VAT u qed taqra dan, kun af li
1. ħa jkollna cash register. 
2. dal-party mhux għalik.

 



NINKURAĠIXXU

1. Imħabba u Rispett, lejna nfusna, lejn l-oħrajn u lejn l-ispazju li se jilqagħna.


2. Li nħallu l-ispazju aħjar milli sibnih.


3. Li nattendu b'għajnejna, widnejna, qalbna, moħħna u ruħna miftuħa beraħ, b'sens ta' parteċipazzjoni entużjasta u mhux osservazzjoni passiva.


4. Li d-dancefloor tkun post ghaż-żfin, libertà kreattiva u espressjoni fiżika bla ġudizzju. It-tpaċpiċ u s-soċjalizzar inżommuh għal-ħdejn il-bar.


5. Li nġibu magħna tazza sabiħa ghax-xorb, biex nevitaw plastik żejjed u mwiet ta' fkieren tal-baħar bla bżonn.


6. Li nġibu magħna oġġett żgħir ileqq u jlellex sabiex noffruh lill-party.

 

7. Li jekk naraw lil xi ħadd juża l-mobile, nugżawh, intuh xebgħa jew nobżqulu fid-drink.

 


Jekk tħoss li dan kollu jgħodd ghalik u li tixtieq tiġi u tieħu sehem, niżżel ismek hawn isfel. Jekk tixtieq tistieden persuna sabiħa oħra bħal ma xi ħadd stieden lilek, ħoss il-liberta' li tagħmel dan billi tibgħatilhom il-ħolqa www.diskobomba.com sabiex huma ukoll ikunu jistgħu japplikaw. Merħba bikom.

Mill-banda l-oħra, jekk ma jogħġbokx, tiġix. Biċċa tiegħek. Għandek l-età tiegħek u tista' tagħmel li trid. Mhux se nieħdu għalina fl-assenza tiegħek. Bik u mingħajrek se nieħdu ħafna pjaċir xorta waħda.

Infatti, qed nieħdu pjaċir diġà.
 

IL-GUESTLIST GĦALQET
Dak li tieħu meta tibża' tikkommetti għal affarjiet tajbin.

Probabbli din l-attitudni tiegħek hija r-raġuni għala ma jirnexxilekx issostni relazzjonijiet fit-tul.

Għal darb' oħra.